11/12/2021

Kunsill tal-Ministri responsabi mill-ġustizzja – Brussell

Fil-Kunsill tal-Ministri lbierah ġewwa Brussell, iddiskutejna temi bħal strateġija post-covid għall-ġustizzja, diġitalizzazjoni tas-settur u fuq li nikkoperaw aktar fil-ġlieda kontra r-reat tal-mibgħeda u diskors ta’ mibgħeda. Ikkontribwejt għan-nom ta’ Malta filwaqt li ħadt gost nitkellem mall-Kummissarju Reynders sabiex inkomplu nsaħħu r-reputazzjoni barra minn xtutna. Ħadt l-opportunità li nawgura lill-Ministru Feredali Germaniż ġdid Marco Buschmann.

Continue reading
23/11/2021

Laqgha mall-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca rigward il-kuncett tar- #RestorativeJustice

Aktar kmieni illum iddiskutejt mal-Eċċellenza tagħha, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca il-kunċett tar-#RestorativeJustice, suġġett interessanti li fil-futur qarib ser nesplorawflimkien bħala Ministeru u Fondazzjoni The Malta Foundation for the Wellbeing of Society, bl-għan li naħdmu sabiex tinbidel il-#mentalità u l-#kultura fuq dan is-suġġett.

Continue reading
21/11/2021

#thepresidentssolidarityfunrun

Wara li minħabba l-#pandemija #ThePresidentsSolidarityFunRun kellha tiġi posposta, illum Malta ser terġa’ tingħaqad b’differenza sabiex jiġi assigurat li l-protokolli kollha jiġu mħarsa. Sfortunatament għadni ma rkuprajtx biżżejjed biex inkun preżenti fiżikament magħkom pero’ ser insegwi bi ħġari. Li nara l-poplu Malti magħqud għal dan l-#għan #nobbli tkompli tagħmilni kburi li jien Malti . Ejja ningħaqdu u nkomplu nieħdu ħsieb xulxin …

Continue reading
16/11/2021

Laqgha mal-Prepostu Arcipriet Mons. Louis Suban – Birkirkara

Matul il-ġimgħa kelli l-privileġġ niltaqa’ mal-Prepostu Arcipriet Mons. Louis Suban, li ser ikun qiegħed jieħu l-kariga uffiċjalment fil-11 ta’ #Diċembru. Flimkien iddiskutejna il-#ġid tal-lokal u kif nistgħu naħdmu biex intejbuh. Minn qalbi nawguralu għall-kariga importanti li huwa ġie magħżul biex jaqdi. Ġie wkoll ħdejna l-ħabib Joe Debono Grech li dejjem ħadem bla heda għal #Birkirkara. #Imperatriċi #SantElena

Continue reading
11/11/2021

Aktar kmieni llum ħabbart #emendi fil-liġi tal-Protezzjoni tal-Informatur magħrufa aktar bħala il-#Whistleblower Act

Aktar kmieni llum ħabbart #emendi fil-liġi tal-Protezzjoni tal-Informatur magħrufa aktar bħala il-#Whistleblower Act. Dawn l-emendi ser jkomplu jssaħħu l-#ġustizzja fuq il-postijiet tax-xogħol. Huwa bis-saħħa ta’ liġi bħal din li nkunu nistgħu niżguraw li prattiċi illegali u abbużi fuq il-postijiet tax-#xogħol, li jistgħu jagħmlu ħsara lill-persuni u anke lill-ġid komuni ma jibqgħux moħbija u jiġu investigati. Nħeġġeġ lil kull minn jħoss …

Continue reading
10/10/2021

Inkomplu naħdmu sabiex nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies!

Għal ġimgħa oħra l-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern immexxi minnu jerġa jikseb il-fiduċja tal-poplu #Malti. Il-fiduċja tal-elettorat tibqa’ konsistenti għaliex il-Gvern huwa magħqud, bil-għan li jkompli jwettaq il-wegħdiet elettorali tiegħu. Nieħu l-opportunita’ li nifraħ lill-#Kandidati eletti tal-elezzjonijiet li saru lbieraħ mill-#AKL fejn il-Partit Laburista kiseb riżultat pożittiv ieħor. Inħares ‘l quddiem għal aktar ħidma enerġetika u pożittiva fir-reġjun #Tramuntana. …

Continue reading
08/10/2021

Grazzi tal-akkoljenza tagħkom – Coffee Morning Ottubru

Grazzi tal-akkoljenza tagħkom ħbieb, li nkun viċin tagħkom tibqa’ il-prijorita’ tiegħi. Forza waħda ser inkomplu nirnexxu u nissaħħu sabiex taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela inkomplu nkunu l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin . Filwaqt li nassiguraw li f’avvenimenti bħal dawn nieħdu ħsieb xulxin, nħares ‘l quddiem sabiex nerġa niltaqa’ magħkom nhar il-Ħamis, 11 ta’ Novembru għall-coffee morning li jmiss u …

Continue reading
07/10/2021

Intervent – Konferenza tal-Kunsill tal-Ministri tal-#Ġustizzja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, fl-Ungerija 

Ilbieraħ ġejt mistieden mill-Ministru Ungeriż għall-Ġustizzja , Varga Judit, sabiex nintervjeni waqt il-Konferenza tal-Kunsill tal-Ministri tal-#Ġustizzja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, fl-Ungerija . Ġew diskussi l-isfidi u l-kisbiet relatati mad-#diġitizazzjoni tal-ġustizzja u l-applikazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fis-settur ġudizzjarju. Jiena enfasizzajt fuq il-bżonn li fiċ-ċentru ta’ kull inizjattiva diġitali dejjem nżommu ċ-#ċittadin u li dejjem jiġu mħarsa d-#drittijiet #umani ta’ kulħadd.  

Continue reading
29/09/2021

Awguri ghas-sena skolastika ġdida

Illum it-tfal jerggħu jirritornaw l-iskola, flimkien mal-edukaturi. L-edukazzjoni ngħożżuha għaliex hija ċ-ċavetta sabiex it-tfal tal-ħaddiem jimxu ‘l quddiem. Minn qalbi nawguralhom għal din is-sena skolastika ġdida

Continue reading