Ilbieraħ ġejt mistieden mill-Ministru Ungeriż għall-Ġustizzja , Varga Judit, sabiex nintervjeni waqt il-Konferenza tal-Kunsill tal-Ministri tal-#Ġustizzja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, fl-Ungerija
.
Ġew diskussi l-isfidi u l-kisbiet relatati mad-#diġitizazzjoni tal-ġustizzja u l-applikazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fis-settur ġudizzjarju. Jiena enfasizzajt fuq il-bżonn li fiċ-ċentru ta’ kull inizjattiva diġitali dejjem nżommu ċ-#ċittadin u li dejjem jiġu mħarsa d-#drittijiet #umani ta’ kulħadd.