Aktar kmieni llum ħabbart #emendi fil-liġi tal-Protezzjoni tal-Informatur magħrufa aktar bħala il-#Whistleblower Act. Dawn l-emendi ser jkomplu jssaħħu l-#ġustizzja fuq il-postijiet tax-xogħol. Huwa bis-saħħa ta’ liġi bħal din li nkunu nistgħu niżguraw li prattiċi illegali u abbużi fuq il-postijiet tax-#xogħol, li jistgħu jagħmlu ħsara lill-persuni u anke lill-ġid komuni ma jibqgħux moħbija u jiġu investigati.
Nħeġġeġ lil kull minn jħoss li hemm il-bżonn li jirrapporta, jagħmel dan. Malta
hija waħda mill-unika 10 pajjiżni fl-Unjoni Ewropea
li għandha din il-liġi. Dan il-#Gvern li għaraf il-bżonn ta’ din il-liġi lura fl-2013, issa ser jkompli jevolvi din il-liġi u ser jaċċerta li Malta tilħaq id-Direttiva Ewropea li tassigura l-#IstatiMembri kollha jkollhom standards għoljin u komuni ta’ protezzjoni għall-whistleblowers.


www.whistleblower.gov.mt | whistleblower.helpmail@gov.mt