Ilbieraħ flimkien ma’ l-Eċċelenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca fi ħdan il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-ġid tas-Soċjeta u l-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima, kelli l-opportunita nattendi l-Konferenza bit-tema ‘Vjaġġ Biex Insolvu d-Differenza ta’ bejnietna: Ninvestu fit-Tfal’.
L-għan ta’ din il-Konferenza kien li nintroduċu mekkaniżmi ta’ #Ġustizzja #Ristorattiva li ma jiddependux fuq is-sistema tal-ġustizzja ta’ wieħed kontra l-ieħor jew punittiva. Se nibdew billi ninvestu fit-tfal biex innisslu fihom, minn età żgħira, il-valur li wieħed ifittex id-djalogu u l-komunikazzjoni sabiex jiġu riżolti litiġji li jinqalgħu.
Dan il-proġett huwa xhieda oħra tal-investiment ta’ dan il-#Gvern f’soċjetà aktar inklussiva u rikonoxxuta.