Għal darb’oħra  DBRS « credit-ranking agency » tfaħħar is-Saltna tad-Dritt u l-Buon Governanza f’pajjiżna. Kemm jien kburi bix-xogħol li għamilna u għadna qegħdin nagħmlu bħala Amministrazzjoni Robert Abela.  Dan huwa #GvernGħanNies,il-ħidma tkompli favur kull ċittadin Malti u Għawdxi 🇲🇹!
Aqra l-istqarrija ufficjali tal Gvern ta’ Malta:

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA: DBRS tikkonferma r-rating ta’ Malta bħala A(high) stable

 

L-aġenzija internazzjonali DBRS Morningstar ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A(high) stable. B’hekk pajjiżna baqa’ jgawdi l-aħjar rating li qatt ingħatalu minn din l-aġenzija.
L-esperti ta’ din l-aġenzija sostnew li, “Malta’s strong economic and fiscal track record prior to the Coronavirus Disease (COVID-19) shock offsets the risks to the ratings”. Innutaw, “Malta’s recent progress on improving its Anti-Money Laundering and Combating the Financing of Terrorism (AML/CFT) framework” u l-importanza li l-Gvern Malti qed jagħti biex jissolvew sfidi li fadal fis-settur. B’referenza għad-deċizjoni tal-FATF sostnew li jekk il-gvern ikompli fit-triq li qabad, l-effett ta’ din id-deċiżjoni jkun mitigat.
DBRS tinnota li pajjiżna ntlaqat mill-pandemija wara, “A prolonged period of strong economic and fiscal performance” li wassal biex in-negozji jkunu reżiljenti filwaqt li ppermetta lill-gvern biex jagħti sostenn qawwi. Minkejja li dan is-sostenn wassal għal żieda fid-defiċit, l-esperti internazzjonali jemmnu li l-qagħda tal-gvern ser titjieb malajr. B’kuntrast, sostnew li l-għajnuna tal-gvern wasslet biex ix-xokk li setgħet tat il-pandemija lill-qgħad kien ikkontrollat.
Fit-tbassir tagħhom, l-ekonomisti ta’ DBRS sostnew li din is-sena l-ekonomija Maltija mistennija tkun xprunata mid-domanda domestika. Fattur ewlieni wara l-irkupru ekonomiku hu, “Malta’s remarkable pace of vaccination”, li mistenni jattira lura t-turiżmu filwaqt li jippermetti li eventwalment ikomplu jitneħħew ir-restrizzjonijiet. Barra minn hekk, ir-rapport isostni li l-fondi Ewropej kapaċi jtejbu l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna anke aktar milli previst.
Ir-rapport ta’ DBRS jindika fiduċja fl-abbiltà tal-gvern li jpoġġi l-finanzi pubbliċi fis-sod wara li tgħaddi l-pandemija. Barra minn hekk jitkellem dwar ir-riżultat pożittiv ta’ Moneyval li jindika li l-awtoritajiet qed jagħmlu progress kbir fil-qasam regolatorju filwaqt li l-banek baqgħu reżiljenti minkejja l-impatt tal-pandemija. Fil-fatt, l-esperti internazzjonali jsostnu li, “The World Bank’s governance indicators for Malta are broadly in line with those of the EU average”.
Jinnutaw li, “Prime Minister Robert Abela has provided a new impetus to strengthen the rule of law since coming into office in January 2020”, filwaqt li jsemmu l-kliem ta’ tifħir li kellha l-Kummissjoni Venezja għal-liġijiet ġodda li għaddew mill-Parlament.
Il-gvern jilqa’ dan iċ-ċertifikat tal-ħidma li saret fl-aħħar xhur u jsostni d-determinazzjoni li dan ix-xogħol ikompli jissaħħaħ fiż-żmien li ġej. Issa li pajjiżna laqa’ għall-effetti tal-pandemija, wasal iż-żmien biex nibnu prosperità ġdida. Bit-tħabbir tal-viżjoni ekonomika, il-pjan ta’ rkupru u l-istrateġija għal wara l-pandemija, issa għandna qafas wiesa’ biex il-familji u n-negozji flimkien jimxu l-pass li jmiss fl-iżvilupp ta’ pajjiżna.