07/01/2022

Zjarja lill-ħaddiema tar-Reġistri tal-#Qrati tal-Ġustizzja

Kemm ħadt pjaċir inżur lill-ħaddiema tar-Reġistri tal-#Qrati tal-Ġustizzja dalgħodu, nirringrazzjahom tax-xogħol tagħhom f’dawn il-mumenti ta’ sfida tal-pandemija u tal-koperazzjoni tagħhom mal-Amministrazzjoni tal-Qorti . Dawn huma wħud mill-‘frontliners’ tagħna fil-qasam tal-Ġustizzja! B’hekk inżommu lill-Qrati tagħna dejjem aċċessibbli għaċ-#ċittadini tagħna.

Continue reading
26/12/2021

#Istrina2021

Flimkien ningħaqdu u nagħtu l-kontribut tagħna għal dawk li huma inqas ixxurtjati minna!  #Istrina2021  

Continue reading
24/12/2021

l-44 sena anniversarju mill-qtil ta’ tfajla innoċenti – Karen Grech

Fl-44 sena anniversarju mill-qtil ta’ tfajla innoċenti, Karen Grech, li ġiet maqtula intortament minn ittra bomba. Flimkien mal-eks Ministru u eks Deputat Mexxej Joe Debono Grech, li kien hu nnifsu li waqqaf dan il-mafkar, is-Sindku Joanne Debono Grech u l-Kunsilliera, tajna ġieħ fuq il-mafkar tagħha fi Ġnien l-Istazzjon tal-Ferrovija f’Birkirkara. .

Continue reading
21/12/2021

Rigal b’Imħabba

Inizzjattiva ħelwa u effettiva minn mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela sabiex permezz ta’ rigali mill-pubbliku inferħu lil dawk anqas ixxurtjati minna. L-istaff tal-Ministeru li jiena responsabbli għalih wettaq ukoll il-parti tiegħu. Grazzi lil Dr Abela u lill-istaff tiegħi ta’ dan il-ħsieb ferm nobbli. Inħeġġeġ li f’dan iż-żmien tant sabiħ ta’ festi naħsbu f’ħaddieħor.

Continue reading
19/12/2021

Villaġġ tal-Milied fl-istazzjon ta’ #Birkirkara

Kmieni dalgħodu attendejt il-villaġġ tal-Milied fl-istazzjon ta’ #Birkirkara imtella u organizzat mill-Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Grazzi lis-Sindku Joanne Debono Grech u lil Kaylocke Buhagiar l-kumplament tal-kunsilliera Karkariżi tal-ħidma tagħhom. Villaġġ fejn it-talent Karkariż spikka speċjalment dak magħmul bl-idejn li jipromwovi l-wirt Kulturali Malti.

Continue reading
18/12/2021

Skambju tal-Awgurju għas-sena 2022

awguri

Ta’ privileġġ u ta’ dover li llum żort lill-President ta’ Malta flimkien Mal-PM Robert Abela fl-iskambju tal-awgurju. Tiftakar f’sena ta’ ħidma bla heda u fl-isfidi ġodda fis-sena 2022. Lesti ghalihom

Continue reading
11/12/2021

Kunsill tal-Ministri responsabi mill-ġustizzja – Brussell

Fil-Kunsill tal-Ministri lbierah ġewwa Brussell, iddiskutejna temi bħal strateġija post-covid għall-ġustizzja, diġitalizzazjoni tas-settur u fuq li nikkoperaw aktar fil-ġlieda kontra r-reat tal-mibgħeda u diskors ta’ mibgħeda. Ikkontribwejt għan-nom ta’ Malta filwaqt li ħadt gost nitkellem mall-Kummissarju Reynders sabiex inkomplu nsaħħu r-reputazzjoni barra minn xtutna. Ħadt l-opportunità li nawgura lill-Ministru Feredali Germaniż ġdid Marco Buschmann.

Continue reading
23/11/2021

Laqgha mall-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca rigward il-kuncett tar- #RestorativeJustice

Aktar kmieni illum iddiskutejt mal-Eċċellenza tagħha, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca il-kunċett tar-#RestorativeJustice, suġġett interessanti li fil-futur qarib ser nesplorawflimkien bħala Ministeru u Fondazzjoni The Malta Foundation for the Wellbeing of Society, bl-għan li naħdmu sabiex tinbidel il-#mentalità u l-#kultura fuq dan is-suġġett.

Continue reading
21/11/2021

#thepresidentssolidarityfunrun

Wara li minħabba l-#pandemija #ThePresidentsSolidarityFunRun kellha tiġi posposta, illum Malta ser terġa’ tingħaqad b’differenza sabiex jiġi assigurat li l-protokolli kollha jiġu mħarsa. Sfortunatament għadni ma rkuprajtx biżżejjed biex inkun preżenti fiżikament magħkom pero’ ser insegwi bi ħġari. Li nara l-poplu Malti magħqud għal dan l-#għan #nobbli tkompli tagħmilni kburi li jien Malti . Ejja ningħaqdu u nkomplu nieħdu ħsieb xulxin …

Continue reading