06/02/2022

Bonġu ħbieb minn ġo raħal twelidi #Birkirkara

Bonġu ħbieb minn ġo raħal twelidi #Birkirkara. Wisq jgħaddi ż-żmien…25 sena ilu kont President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, fejn il-ħidma tiegħi lejn il-Partit Laburista dejjem kienet qawwija u dejjiema. Bl-istess mod kienet il-ħidma politika tiegħi fit-#8Distrett u parti sostanzjali minn ħajti, f’raħal twelidi #Birkirkara. Hekk ukoll il-lokalità li fiha żżewwiġt u qattajt numru ta’ snin ngħix fiha mal-għażiża familja tiegħi #ĦalLija; …

Continue reading
04/02/2022

Laqgħa tal-#Kunsill tal-#Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Illum ipparteċipajt fil-laqgħa tal-#Kunsill tal-#Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea , organizzata mill-#Presidenza Franċiża , fejn intervjenejt fuq diversi temi fosthom; il-protezzjoni ta’ #vittmi minuri u il-mibegħda virtwali. Sħaqt fuq punt wieħed li “Fis-soċjetà tagħna m’hemmx lok għall-mibgħeda, speċjalment f’pajjiżi li huma imsejsa fuq valuri ewropej”.

Continue reading
03/02/2022

Konferenza bit-tema ‘Vjaġġ Biex Insolvu d-Differenza ta’ bejnietna: Ninvestu fit-Tfal’

Ilbieraħ flimkien ma’ l-Eċċelenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca fi ħdan il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-ġid tas-Soċjeta u l-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima, kelli l-opportunita nattendi l-Konferenza bit-tema ‘Vjaġġ Biex Insolvu d-Differenza ta’ bejnietna: Ninvestu fit-Tfal’. L-għan ta’ din il-Konferenza kien li nintroduċu mekkaniżmi ta’ #Ġustizzja #Ristorattiva li ma jiddependux fuq is-sistema tal-ġustizzja ta’ wieħed kontra l-ieħor jew punittiva. Se nibdew …

Continue reading
19/01/2022

Ser inkomplu ninvestu f’Malta #moderna li timxi maż-żminijiet kurrenti għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu

Għadni kemm ħabbart #emenda oħra fil-liġi tal-Kodiċi Kriminali. Il-proċessi ġudizjarji issa ser ikunu jistgħu jiġu skenjati onlajn. L-għan #prinċipali jibqa’ wieħed; aktar effiċjenza, effettività u aċċessibiltà fil-Qrati tagħna. Mhux ser nieqfu hawn, ser inkomplu ninvestu f’Malta #moderna li timxi maż-żminijiet kurrenti għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Continue reading
11/01/2022

#emendi fis-servizz tal-Legal Aid Malta

Aktar kmieni llum ħabbart #emendi fis-servizz tal-Legal Aid Malta. Dan is-servizz ser jitwessa’, jiġifieri aktar nies ser ikunu jistgħu jirrikorru għalih, filwaqt li wieħed ser ikun jista’ japplika għas-servizz online. Dan iffiser aktar #effiċjenza, #effettivita u #aċċessibiltà lejn iċ-ċittadin. Permezz ta’ din l-emenda dan il-Gvern qed ikompli dejjem juri kemm għandu fuq quddiem tal-Aġenda tiegħu l-interess komuni .

Continue reading