11/05/2021

Imħabbra emenda fl-Att dwar it-Trattament tal-Annimali

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo u l-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali Alison Bezzina ħabbru emenda fl-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali.   Il-Ministru Zammit Lewis ta sfond ta’ għalfejn inħass il-bżonn ta’ din l-emenda. Kien fit-22 ta’ Frar 2021 meta ngħatat sentenza fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta), fejn l-akkużat instab ħati talli serjament …

Continue reading
11/05/2021

Malta rnexxielha tiggarantixxi l-inklużjoni interkulturali, anke fi żmien il-pandemija

Matul laqgħa informali dwar il-politika ta’ integrazzjoni organizzata mill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis sostna li pandemija dinjija bħalma hi l-Covid-19 hija ta’ sfida għas-suq tax-xogħol, għall-integrazzjoni, kif ukoll għall-aċċess għall-ġustizzja. Semma li minkejja li kienu u għadhom żminijiet ta’ sfida, Malta rnexxielha tibqa’ għaddejja b’inklużjoni interkulturali b’mod gradwali fejn jidħlu persuni barranin …

Continue reading
11/05/2021

Insaħħu lill-Ħaddiem: “Il-ħaddiema kollha tal-Qorti huma essenzjali fl-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja” – il-Ministru Edward Zammit Lewis

Il-Ministru Edward Zammit Lewis iltaqa’ mal-ħaddiema u mal-ġudikanti tal-Qrati ta’ Malta. Din kienet l-ewwel żjara li l-ministru kellu ma’ Eunice Grech Fiorini, li ser tidħol fil-kariga ta’ kap eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti b’effett minn Mejju 2021.    Fiż-żjara tiegħu, il-ministru rrimarka li l-ħidma fil-qrati tagħna waqt il-pandemija baqgħet għaddejja. L-għan prinċipali, anke waqt il-pandemija, baqa’ l-aċċess għas-sistema tal-ġustizzja. F’pajjiżna, il-Qorti …

Continue reading
11/05/2021

Mogħtija l-warrants lil 86 avukat u 6 prokuraturi legali ġodda

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza Edward Zammit Lewis ippreżenta l-warrants lil 86 avukat u sitt prokuraturi legali ġodda wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali.   Il-Ministru Zammit Lewis awgura lill-avukati u l-prokuraturi legali l-ġodda filwaqt li saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin. Qal ukoll li għandhom iwettqu …

Continue reading