Bonġu ħbieb minn ġo raħal twelidi #Birkirkara.
Wisq jgħaddi ż-żmien…25 sena ilu kont President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, fejn il-ħidma tiegħi lejn il-Partit Laburista dejjem kienet qawwija u dejjiema.
Bl-istess mod kienet il-ħidma politika tiegħi fit-#8Distrett u parti sostanzjali minn ħajti, f’raħal twelidi #Birkirkara.
Hekk ukoll il-lokalità li fiha żżewwiġt u qattajt numru ta’ snin ngħix fiha mal-għażiża familja tiegħi #ĦalLija; wieħed ma jistax ukoll jinsa l-irħula tal-#Iklin u #ĦalBalzan żewġ lokalitajiet il-ġmiel tagħhom.
L-għan tiegħi dejjem kien u jibqa’ wieħed; li nkun #viċin ta’ kull wieħed u waħda minnkom bħal ma dejjem kont tul dawn l-aħħar snin.
Nagħlaq billi nawguralkom il-#Ħadd it-tajjeb ħbieb, ħudu ħsieb 🌞