Dan is-suċċcess se jkompli. Is-settur tat-turiżmu kiseb riżultati enormi filwaqt illi l-Kultura mhix biss xi side note fil-programm elettorali  tagħna.

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-Qawra fejn fiha ġew preżentati l-proposti tal-Partit Laburista fl-oqsma tat-turiżmu u l-kultura.

Il-Mexxej Laburista qal illi t-turiżmu huwa settur mimli sfidi iżda dan il-Gvern irnexxielu joħloq tkabbir bla preċedent.

“Permezz tar-riżultati li ksibna qed jirnexxielna nifirxu it-turiżmu matul is-sena u mhux naraw biss it-tkabbir tan-numri” qal Joseph Muscat.

Dr Muscat semma’ il-festival Lost & Found illi permezz tiegħu qed ikun ġenerat xogħol ghal kulħadd u qal illi daħal ukoll ammont fenomeanli ta’ dħul finanzjarju flimkien ma’ numru sostanzjali ta’ turisti.

Joseph Muscat tkellem ukoll dwar iffirmar ta’ ftehim maċ-Cina li permezz tiegħu se jkunu attirati li lejn Malta madwar għaxar t’elef high net worth tousits fis-sena.

Dr Muscat irrikonoxxa illi dan se jġib diversi sfidi kemm minħabba is-sistema ta’ transazzjonijiet finanzjarji (atm’s) kif ukoll sfida kulinarja.

“Se tkun sfida ta’ koordinazzjoni imma nemmen illi naslu hekk kemm il-darba il-poplu jagħtina l-fiduċja” sostna Dr Muscat.

Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar l-Airmalta u qal illi  ghandha futur u li m’hemm l-ebda ħsieb li jitkeċċew l-ħaddiema.

Sostna illi hemm unions li qed jitolbu l-early retirement schemes filwaqt li saħaq illi l-ħsieb tal-Gvern huwa li jasal ghal ftehim ma’ msieħeb strateġiku magħmul mill-consortia differenti.

“Fl-AirMalta irridu li jkun hemm sistema tal-IT li tkun cutting edge ghal bookings u revenues. Il-Gvern se jkun qed jaħdem biex iżomm l-ikbar numru ta’ shares f’każ li jingħalaq il-ftehim. Bħal ma salvajna l-EneMalta aħna se nagħmlu l-istess mal-AirMalta” qal Joseph Muscat.

Dwar il-qasam tal-kultura Dr Muscat qal illi wara il-Valletta 18 irid li titħalla legacy fil-belt Valletta sabiex dak il-qafas li jkun inbena ma jintilifx fl-201p. “Din se tkun sfida ewlenija u se nkunu qed ninvestu ħafna fiha” qal il-Mexxej Laburista.

Joseph Muscat semma’ wkoll illi se jkun qed jinghata wkoll inċentiv fiskali lil artisti bħala rikonoxximent permezz ta’ sistema ta’ income averaging fejn dawk l-artisti li ma jkollomx dħul kostanti jistgħu jaqsmu d-dħul taghħom fuq tlett snin ghal-finijiet ta’ taxxa.

Dr Muscat qal li hemm bżonn ghal-iktar flessibilta’ mal-artisti u għalhekk Gvern Laburista se jkun qed jagħti skema ta’ ghajnuna fuq id-dawl u l-ilma li se tkun estiża wkoll ghal NGO’s u klabbs tal-banda.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal illi il-figuri li nkisbu fil-qasam tat-turiżmu juru trend iktar għolja minn dik ta’ pajjiżi ewropej u għalħekk huwa ċar li Malta qed jirnexxielha tieħu iktar mill-cake bħala vjaġġar internazzjonali.

Dr Zammit Lewis qal illi ftit tal-jiem ilu membri mill-MTA iffirmaw  żewġ Memorandums of Understanding  ma’ żewġ tour operators Ċiniżi li se jkunu qed iressqu lejn pajjiżna high net worth individuals.

Rigward Għawdex Edward Zammit Lewis qalli li t-turisti żdiedu b’mod sostanzjali filwaqt illi matul il-vaganzi tal-Għid li għadda telgħu 4500 iktar karozzi minn Malta li dan ifisser żieda fit-turisti  domestiċi.

“Se nkunu qed nattiraw l-aqwa ħaddiema lejn is-settur tat-turiżmu b’investiment fl-institute of Tourism Studies kif ukoll niffaċilitaw il-proċessi ta’ ħaddiema barranin f’dan is-settur partikolarment dawk li jkunu stabbilixxew f’Pajjiżna professjonalment” qal Dr Zammit Lewis.

Il-Ministru Zammit Lewis qal ukoll li se jkomplu il-proġetti ta’ tisbieħ ta’ żoni turistiċi filwaqt li se jkunu ikkunsidrati incentivi fiskali li jinċentivaw żvilupp ta’ akkomodazzjoni u attrazjonijiet turistiċi f’postijiet u żoni li tradizzjonalment huma meqjusa turistiċi.

Dwar l-AirMalta Dr Zammit Lewis qal illi din se tibqa ass strateġiku nazzjonali u li se jassigura li l-linja tal-ajru nazzjonali tqum fuq saqajha u tħares lejn futur aħjar inkluż għall-haddiema tagħha.

Il-Ministru Owen Bonnici qal illi fil-qasam tal-kultura se jsir commitment li qatt ma sar billi tkun irduppjata l-ispiża tal-Gvern f’dan il-qasam.

“Se nevalwaw il-potenzjal u l-fattibilita ta’ proġett ghal saqaf ġdid konvertibbli għat-Teatru Rjal. Is-saqaf isir b’sensittivita’ estetika partikolari li tixraq lil sit bħal dan” qal Owen Bonnici. Dr Bonnici qal illi se jkun identifikat sit adattat għal sala tal-kunċerti li sservi wkoll ta’ dar ghal-entitajiet ta’ status nazzjonali filwaqt li se jkun imniedi programm biex kull sena, lokalita’ tkun dikjarata bħala l-Belt jew Lokalita’ kulturali tas-sena.

“Il-kultura fiha żewġ faċċati, dik li tagħti ġid lis-soċjeta’ u fl-istess ħin isservi bħala niċċa ekonomika b’saħħita, u għalhekk aħna kommessi illi tkompli l-ħidma sabiex dan is-settur ikompli jogħla ‘l fuq” temm jgħid Owen Bonnici.