STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jiddiskuti l-Air Malta

F’ laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali l-MCESD mal-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, kienet diskussa l-linja nazzjonali tal-ajru, Air Malta.

It-temi prinċipali fuq l-aġenda ta’ din il-laqgħa kienu jitrattaw erba’ punti:

(i) il-kontribut tal-MCESD lejn strateġija turiżmu sostenibbli;

(ii) aktar titjib fil-konnettività u espansjoni ta・ networks;

(iii) kisbiet li saru sa issa fl-Air Malta;

(iv) azzjonijiet li qed isiru fl-Air Malta biex toħloq vijabbiltà fis-snin li ġejjin.

Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li l-Gvern laqa’ t-talba tal-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD biex ikunu aġġornati bl-aħħar żviluppi dwar is-sitwazzjoni fl-Air Malta. Qalet li dan juri kemm il-Gvern huwa dejjem miftuħ għad-djalogu, u dejjem lest li jisma’ l-imsieħba socjali.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis irringrazzja lill-imsieħba soċjali kollha għal-laqgħa pożittiva u b’ mod speċjali għall-kummenti kostruttivi u l-ħsibijiet responsabbli tagħhom dwar il-linja nazzjonali tal-ajru.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis temm jgħid li fejn tidħol l-Air Malta, l-Gvern se jħares ‘il quddiem u ser ikompli jaċċerta l-vijabbiltà kummerċjali tal-linja tal-ajru kif ukoll se jkomplu jindirizzaw il-kwistjonijiet fl-Air Malta li kienu tħallew pendenti għal snin.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes:

<a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <s> <strike> <strong>